Jibagħtu Lill-‘Hairdressers’ Biex Imorru Fid-Djar Privati Minkejja L-Pandemija

 Jibagħtu Lill-‘Hairdressers’ Biex Imorru Fid-Djar Privati Minkejja L-Pandemija

Minkejja li rajna żieda fil-każi, smajna b’episodji li ma jagħmkux ġieħ lill-persuni li ġew jaqgħu u jqumu minn dan il-mument u għamlu li fettilhom, xorta waħda donnu għad hawn min ma jifhimx.

Donnu trid tispjega ħaġa ħaġa, x’tista’ u ma tistax tagħmel f’dan il-mument. Donnu li bil-Malti ma nifhmux. Donnu li qabel tmiss lilhom, ċerti nies għandhom għamad liema bħalu u jkomplu jagħmlu ta’ rashom.

Hairdresser bagħtitilna privatament fejn qaltilna nqajmu kuxjenza dwar dan. “Nitkellem għall-ġid għax jien l-ewwel waħda qed inbati bla ħanut miftuħ. Imma hekk sew? Hemm min imur fid-djar u anke joħduli l-klijenti tiegħi. Imma jien nagħti kas għax nirraġuna li jekk in-nies ma jiġux fil-ħanut, għala għandi mmur jien? Mhux xorta nista’ nibla’ l-virus jew intieh?

Għandha raġun is-sinjura? X’Taħsbu?

Ritratt: cruise Ship Jobs

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com