Jose Borg Se Jikkowċja fil-Kanada

Jose Borg mistenni li jkompli bil-karriera tiegħu fil-coaching fil-Kanada hekk kif se jkun qed jmexxi lit-tim fir-raba diviżjoni FC Manitoba. Ħabbar dan l-stess Borg fuq il-paġna tiegħu fuq facebook fejn stqarr li kien qed jħalli l-pajjiż u li kien sejjer il-Kanada.
Borg mexxa lill-Tarxien Rainbows FC u lill- St.Andrews FC fil-Kampjonat Premier filwaqt li wasal lill-Marsa FC għal promozzjoni mill-Kampjonat tat-Tieni għal Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni matul l-istaġun li għadda.
Involut ma’ FC Manitoba hemm ukoll l-ex plejer ta’ Tarxien Rainbows FC u Floriana FC Michele Paolucci.
Ritratt: One