Bil-Filmat: Tistaqsi Min Hu Verament Missier Harry?!

 Bil-Filmat: Tistaqsi Min Hu Verament Missier Harry?!

Fuq tiktok, bl-isem ta’ lilwimby tellgħet filmat fejn skont hi, tat l-ispjegazzjoni min hu verament missier Harry.

Skont hi, qed tgħid li Harry, kuntrarjament għal William, ma jixbaħ xejn lill-Prinċep Karlu u huwa wisq ruxxan u ħamrani.

B’hekk, ħarġet bl-ipoteżi li missieru huwa James Lifford Hewitt li kien jifforma parti mill-kavallerija tal-armata Ngliża.

Fin-nofs tad-disgħinijiet, kienet qamet kontroversja dwar li kellu relazzjoni sigrieta mal-Prinċipessa Diana waqt li kienet għadha miżżewġa ma’ Karlu.

Min Jaf?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com