Għaliex Jitħalla Dan Il-Ħmieġ Kollu?

 Għaliex Jitħalla Dan Il-Ħmieġ Kollu?

Matthew Mallia li hu isem sinonimu sew ma’ Marsaskala, irrikorra għall-midja soċjali biex juri d-diżappunt tiegħu kif ukoll iqajjem kuxjenza dwar il-mod kif skips u ‘bins’ oħra qed jitħallew ifuru bil-kontenut li ma jagħmilx għajb għal din il-lokalità sabiħa.

Talab biex tkun ippubblikata l-evidenza kollha tal-ġranet li matulhom qed jitbattlu dawn il-BIS kif ukoll prova konkreta, li l-kameras li hemm fil-viċin, qed jaħdmu.

Staqsa wkoll kemm inħarġu multi s’issa għal min jinqabad jarmi bl-addoċċ f’dawn is-siti, “għaliex iva r-raħal tagħna jixraqlu ferm aħjar”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com