Heritage Malta Tħabbar Li Se Tiftaħ Is-Siti U L-Mużewijiet Fl-10 ta’ Mejju

 Heritage Malta Tħabbar Li Se Tiftaħ Is-Siti U L-Mużewijiet Fl-10 ta’ Mejju

L-Aġenzija popolari Heritage Malta li taħtha hemm il-kura ta’ ħafna mill-mużewijiet u s-siti storiċi f’pajjiżna, ħabbret li se tkun qed terġa tiftaħ għall-pubbliku mill-10 ta’ Mejju ‘il quddiem.

Il-ħinijiet tal-ftuħ ser ikunu simili għal dawk qabel tħabbru l-aħħar miżuri. Dan ifisser li s-siti u l-mużewijiet mhux ser ikunu miftuħin kuljum.

Qalet ukoll li ser ikunu fil-prattika bosta miżuri konformi mar-regoli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

Semmiet ukoll li ser jibdew ukoll l-‘open days’ bl-ewwel waħda tkun dik fis-16 ta’ Mejju fil-Katakombi tal-Abbatija tad-Dejr fir-Rabat. Id-dħul ser ikun b’donazzjoni ta’ €2 kull persuna u din l-opportunità se tkun aċċessibbli bejn l-10.00 u l-16.30.

Wara, ikun imiss il-Katakombi Ta’ Bistra fit-30 ta’ Mejju li kienu magħluqa minħabba proġett li kien għaddej.

Nawguraw lil Heritage Malta u nirringrazzjawha tal-ħidma li twettaq favur il-wirt kulturali rikk ta’ pajjiżna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com