UEFA Champions League – Illejla Isiru Magħrufa l-Ewwel Żewġ Semi Finalisti

 UEFA Champions League – Illejla Isiru Magħrufa l-Ewwel Żewġ Semi Finalisti

Illejla jibdew jintlagħbu t-tieni legs tal-kwarti finali tal-UEFA Champions League fejn fl-Stadium Ramón Sánchez-Pizjuán Chelsea jilgħabu kontra Porto filwaqt li f’Parc Des Princes Paris St. German jilqaw lill-Bayern Munich.

Chelsea jibdew bħala favoriti li illejla jagħmluha għas-semi finali hekk kif qed jgawdu vantaġġ ta’ żewġ gowls skurjati minn Mount u Chilwell. Il-manager ta’ Chelsea Thomas Tuchel sostna li dan huwa l-mument fejn Chelsea juru l-qawwa tagħhom u jibdew jirbħu l-unuri. Taħt it-tmexxija tiegħu Chelsea tilfu darba biss f’sbatax il-partita. Dubjuż għal blues huwa l-midfielder N’Golo Kante li għadu qed jirkupra minn injury fil-hamstring.

Min naħa l-oħra l-kowċ ta’ Porto Sergio Conceicao sostna li huma se jagħmlu minn kollox sabiex jagħtu risposta minkejja li jridu jdawwru defiċit ta’ żewġ gowls biex tal-anqas jisfurzaw il-ħin barrani.

Anke PSG jibdew favoriti wara li barra minn darhom rebħu 3 – 2 kontra Bayern Munich b’doppjetta ta’ Mbappe u gowl ieħor min Marquinhos filwaqt li Choupo-Moting u Muller skurjaw għal Ġermaniżi. Minkejja dan ir-riżultat wieħed ma jridx jinsa l-qawwa li jipposedu Bayern Munich u ma tkunx sorpriża jekk dawn tal-aħħar jagħmluha għas-semi finali. Bayern iridu jiskurjaw tal-anqas żewġ gowls biex jagħmluha mal-aħħar erba.

Bayern Munich ser jkunu mingħajr l-aqwa skorer tagħhom Robert Lewandowski li għadu qed jirkupra minn injury fl-rkoppa madankollu Leon Goretzka, Lucas Hernandez, Jerome Boateng u Kingsley Coman mistennija li kollha jkunu għad-diżpożizzjoni tal-kowċ Hansi Flick.

Mauricio Pochettino ser jkun mingħajr il-captain Marquinhos filwaqt li għadu mhux magħruf jekk Marco Verratti u Alessandro Florenzi humiex ser ikunu inklużi wara li r-ritornaw għat-taħriġ riċentament.

Iż-żewġ partiti jibdew fil-21.00.

 

Ritratt: Foottheball

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com