Tifel Iweġġa’ Gravi
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-1600, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’Misraħ tal-Maqluba, il-Qrendi.
Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li tifel ta’ 15-il sena, kien waqa’ it-taraġ u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħu il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku. Il-vittma ngħata lewwel għajnuna u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.