27 Sena Wara, Kliem Mandela Jibqa’ Relevanti!
Bħal lum 27 sena Nelson Mandela għamel id-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni presidenzjali. Mandela kien l-ewwel president tal-Afrika t’Isfel li kien elett wara elezzjoni demokratika.
Tul dan id-diskors Mandela saħaq li jrid jara’ soċjetà fejn ma jkunx hemm distinzjoni bejn persuna u oħra fuq bazi ta’ kulur ta’ ġilda. Ried soċjetà fejn kulħadd ikun jista’ jimxi mingħajr biża ta’ vjolenza, ried li kulħadd ikun rasu mistrieħa li hemm id-dritt tad-dinjità li jħares lilu u lill-maħbubin tiegħu.
Diskors li jgħaddi kemm jgħaddi żmien jibqa’ relevanti għaliex huwa mibdi fuq prinċipji li jħarsu l-umanità; prinċipji ta’ ugwaljanza, paċi u rispett lejn xulxin.
Ritratt: BBC