Dawl B’Kuxjenza Għal Fibromyalgia U ME
It-12 ta’ Mejju huwa ukoll il-jum internazzjonali li fih titqajjem kuxjenza fuq Fibromyalgia u Myalgic Encephalomyelitis (ME). Din is-sena qegħdin infakkru d-29 sena anniversarju ta’ dan il-jum.
Rajna diversi postijiet f’pajjiżna, fosthom postijiet pubbliċi, li tul il-lejl li għaddha nxtegħlu b’dawl blu u vjola sabiex inkomplu nqajmu kuxjenza fuq ME u Fibromyalgia rispettivament, fi gżiritna.
‘ME, CF and Fibromyalgia Alliance Malta’ tkellmet magħna kif din l-inizzjattiva tagħti sapport lil dawk li jbagħtu minn ME u Fibromyalgia f’pajjiżna, fejn f’ċerti każijiet iħossuhom weħidhom fl-uġieħ li jġarbu ta’ kuljum. Din l-inizzjattiva tista’ turi ukoll b’mod internazzjonali kif Malta għandha waħda mill-aqwa politika ta’ saħħa u ħarsien soċjali, hekk kif il-pajjiż li jixgħel l-iktar postijiet jirbaħ u dan skont ir-ritratti li jidhru fuq l-internet.
L-Allejanza tirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f’din l-inizzjattiva.