Effiong Wara Failla Probabbli Maż-Żabbarin Li Qed Jarmaw Tajjeb Qabel Staġun Ġdid

Trasferimenti lokali
Informazzjoni mhux konfermata iżda kredibbli ħafna tindika li apparti Clayton Failla, eks plejer ieħor internazzjonali Malti, Alfredd Effiong ukoll jista’ jkompli l-karriera fin-National Amateur League ma’ Żabbar St. Patrick.
Dan il-klabb li qed jara’ bidu ġdid b’set-up professjonali ħafna u ma’ jistgħax ikun differenti b’nies b’esperjenza pożittiva u ta’ suċċess fil-futbol bħal Kevin Deguara u Edward Calleja fiit-tmexxija.
L-amministrazzjoni l-ġdida qed tipproġetta li fi żmien tliet snin il-klabb jirritorna jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-Futbol Malti.
Żgur li la darba jkunu konfermati, l-akkwisti ta’ Failla u Effiong jagħtu dimensjoni ġdida lil dan it-tim, żewġ players li apparti l-valur tagħhom fuq il-pitch, jgħinu ukoll liż-żgħażagħ Żabbarin fl-iżvilupp tagħhom fil-logħba tal-ballun u sfida ċerta u denja għal dan it-tim fit-taqtiegħa għall-promozzjoni fiċ-Challenge League dan l-istaġun.
Clayton Failla huwa prodott tal-klabb Żabbari, f’karriera mill-aqwa li wara St.Patrick ratu jilgħab ma’ Hibernians, Sliema Wanderers, Floriana, Ħamrun Spartans u Mosta l-istaġun li għadda.
Effiong ħalla lil Balzan wara diversi staġuni magħhom, fil-passat lagħab ukoll ma’ Marsaxlokk, Valletta, Ħamrun Spartans, Gżira United u St.Georges fost l-oħrajn.