Għawdex Jissemma fuq Euronews Bħala Gżira Sigrieta Għal Destinazzjoni Eċċellenti

 Għawdex Jissemma fuq Euronews Bħala Gżira Sigrieta Għal Destinazzjoni Eċċellenti

Għawdex issemma fuq is-sit ta’ Euronews Travel bħala waħda mill-gżejjer sigrieti għal destinazzjoni mill-aqwa.

Intqal li Għawdex huwa meqjus bħala l-ħarba rurali tal-Maltin, mimlija kulturali. Issemmew it-toroq sbieħ u l-isqaqien li nsibu f’Għawdex, il-Barokk li jispikka kif ukoll l-ikel bnin; iż-żejt lokali, l-inbid u l-ħobż.

Ma naqasx li jissemma wkoll il-baħar u l-popolarità mal-għaddasa.

Ma’ Għawdex, issemmew postijiet oħra fil-Kroazja, Franza, l-Iskozja u l-Gżejjer Baleariċi.

Pjaċir tagħna li naraw pajjiżna jissemma fit-tajjeb. Insellmu lil ħutna l-Għawdxin.

Ara l-artiklu sħiħ hawn: https://www.euronews.com/travel/2021/05/12/the-best-secret-islands-you-can-visit-in-europe?fbclid=IwAR0L0UZ2Klqq8IYbBjBTXxnKQOeSGhtRVYRCUllakeOKP7zNfZLexgrl9ec

Ritratt: Instagram/ Kimberly Portelli

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com