Il-Qraba Ta’ Miriam Pace Jilħqu Ftehim Barra L-Qorti Mal-Kumpanija Tal-Kostruzzjoni

 Il-Qraba Ta’ Miriam Pace Jilħqu Ftehim Barra L-Qorti Mal-Kumpanija Tal-Kostruzzjoni

Il-qraba ta’ Miriam Pace, li sfat mirduma f’darha f’Marzu tas-sena l-oħra, laħqu ftehim barra l-Qorti għall-kumpens mal-kumpanija tal-kostruzzjoni MCZMC Developers Limited. Il-kumpanija kienet qed tagħmel proġett maġenb id-dar ta’ Pace.

Intant, għadu mhux magħruf kemm hu l-kumpens li ser jingħata lill-familja, tant li waqqgħet il-kawża ċivili kontra l-kumpanija.

MCZMC Developers Limited qalet li l-ftehim li sar, ma jfissirx li ammettiet it-tort għat-tiġrif tad-dar ta’ Pace.

Is-sentenza fil-konfront tal-periti li ġew akkużati bil-qtil involotarju ta’ Miriam Pace huwa mistenni li tingħata f’Lulju li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com