Infermiera Akkużata Bi Qtiel Ta’ 8 Itrabi U Attentat Ta’ Qtiel Ta’ 10 Itrabi

 Infermiera Akkużata Bi Qtiel Ta’ 8 Itrabi U Attentat Ta’ Qtiel Ta’ 10 Itrabi

Infermiera ġiet akkużata bl-allegat qtiel ta’ 8 itrabi u attentat ta’ qtiel ta’ 10 itrabi oħra. L-akkużata hija Lucy Letby ta’ 31 sena minn Arran Avenue, Hereford, l-Ingilterra. 

Hija akkużata li qatlet 5 subien u 3 ibniet fl-Isptar Countess of Chester, bejn Ġunju tal-2015 u Ġunju tal-2016. 

Allegatament hija ukoll pruvat toqtol 5 suben u 5 ibniet oħra.

Jidher li l-infermiera dehret quddiem il-Qorti ta’ Manchester b’mod virtwali. Fis-smiegħ tal-kawża leħen l-infermiera ma nstemax ħlief biex tikkonferma jsimha u tikkonferma li qiegħda ssegwi l-kawża. 

Letby mistenniha tgħaddi ġuri s-sena d-dieħla fl-4 ta’ Lulju. 

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com