It-Traġedja Fl-Italja: Tifel Ta’ 5 Snin Isalva, Iżda Jitlef Il-Ġenituri U Lil Ħuh

 It-Traġedja Fl-Italja: Tifel Ta’ 5 Snin Isalva, Iżda Jitlef Il-Ġenituri U Lil Ħuh

It-tifel ta’ 5 snin, l-uniku wieħed li salva fid-diżgrazzja li ħasdet il-ħajja ta’ erbatax-il ruħ wara li cable car waqgħet qrib ix-xmara Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja, għadu fil-periklu tal-mewt, waqt li fl-inċident tilef lill-ommu, missieru u ħuħ ta’ sentejn.

It-tifel jinsab rikoverat fl-isptar tat-tfal f’Regina Margherita f’Turin, wara li sarlu intervent kirurġiku bil-kundizzjoni tibqa’ gravi. It-tifel ġarrab ġrieħi f’rasu.

L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA qed tirrapporta li lbieraħ filgħaxija waslet l-isptar iz-zija tat-tifel, oħt il-missier.

Hija qalet li saret taf bid-diżgrazzja b’messaġġi li waslulha fuq Whatsapp. Qalet li bdew jaslulha ħafna messaġġi ta’ kondoljanzi iżda ma bdietx tifhem għaliex. Qalet li sagħtejn wara kellha l-konferma mill-pulizija u fehmet li n-neputi tagħha kien għadu ħaj għax ismu ma kienx mal-lista tal-vittmi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com