Jgħaddu 104 Sena Mid-Dehra Tal-Madonna Ta’ Fatima

 Jgħaddu 104 Sena Mid-Dehra Tal-Madonna Ta’ Fatima

Fiż-żmien ikrah u ta’ tenzjoni tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Papa Benedittu XV talab lit-tfal kollha sabiex jitolbu għall-paċi. Propju bħal lum 104 sena ilu, fir-raħal ċkejken ta’ Fatima, dehret għall-ewwel darba l-Madonna ta’ Fatima. 

L-istorja tgħidilna li kien hemm tlett titfal jirgħu n-nagħaġ; Luċija, Franġisku u Ġaċinta li kif temmew it-talba tar-Rużarju, f’nofsinhar, raw leħħa ta’ beraq fis-smewwiet u semgħu r-ragħad iżda l-arju kien bnazzi. Tat-tfal li kienu, beżgħu minn dan u ħadu lin-nagħaġ tagħhom f’post għall-kenn. It-tfal lemħu figura sabiħa wieqfa fuq sħaba. Din il-figura kienet qiegħda żżomm kuruna tar-Rużarju u l-lbies tagħha kien abjad u ilellex b’dawl tas-sema. Għal mistoqsija ta’ Luċija, dwar minn fejn kienet ġiet, is-Sinjura wiġbitha li kienet ġiet mis-sema. 

Is-Sinjura talbet lit-tfal sabiex darba fix-xahar, imorru fl-istess post. Qaltilkom ukoll sabiex għidu t-talba tar-Rużarju kuljum u offru din it-talba għall-paċi.

It-tifla Luċija, meta kibret daħlet Soru Karmelitana fil-Kunvent ta’ Santa Tereża fil-Coimbra u baqgħet ixxerred il-kelma t’Alla.

Sal-lum il-post li fih dehret il-Madonna ta’ Fatima għandu jilqa’ fih nies devoti, li jżuru dan il-post mirakuluż sabiex jitolbu l-protezzjoni t’Ommna Marija. 

Ritratt: UCA News

Ritratt Prinċipali: America Magazine

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com