Kien Mar Jiġbed Is-Senter U Sparalu F’sidru

Djarju antik ta’ kaċċatur li għamel kuntatt magħna, xtaq isellem kaċċatur li kien tilef ħajtu traġikament f’każ aċċidentali.
Il-każ kien ġara fl-1910 meta grupp ta’ kaċċaturi kienu sejrin lura l-Imsida għall-ħabta tas-6.30am wara l-kaċċa.
Kienu erbgħa: Antonio Caruana u ħuħ Emmanuele, Giuseppe Azzopardi u Carmelo de Lucca. F’ħin minnhom, Antonio li kellu 22 sena mar jiġbed is-senter u sparalu f’sidru.
Fix-xhieda ta’ qabel miet, Antonio nnifsu qal lill-pulizija li dan kien każ aċċidentali.
Ritratt: Gozo news