Ser Ikomplu X-Xogħlijiet f’Marsalforn Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri jħabbar li l-Mandat t’Inibizzjoni li kien ħareġ kontra l-Ministeru għal Għawdex ġie miċħud mill-Qorti.
Konsegwenza ta’ dan il-Mandat ix-xogħlijiet fuq ix-xatt ta’ Marsalforn kellhom jieqfu ħesrem. Iżda issa li l-Mandat ġie miċħud, il-Ministru Camilleri tenna li ta direzzjoni sabiex l-aħħar xogħlijiet fuq dan il-proġett ikomplu minnufih.