Università Russa Tagħti Merħba Lill-Ministru Evarist Bartolo
Ir-Rettur A. Torkunov flimkien mal-viċi retturi fi ħdan l-Università MGIMO f’Moska fir-Russja, laqgħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Evarist Bartolo f’laqgħa bilaterali bil-għan li jissaħħu l-kuntatti bejn l-istudenti biex jissaħħu l-esperjenzi kulturali, storiċi, spiritwali u umanitarji.
Il-Ministru Bartolo kellu wkoll taħdita mal-istudenti tal-Università stess fejn enfasizza l-bżonn ta’ tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi u l-popli kollha kif ukoll biex jintemmu mill-aktar fis, il-kunflitti diplomatiċi.
Ritratt: https://english.mgimo.ru/news/bartolo