61,000 Persuna Jimlew Il-Grawnd Għal-Logħba Bejn L-Ungerija U L-Portugal

Il-Covid-19 u r-restrizzjonijiet tiegħu kien għal kollox storja tal-passat f’Budapest hekk kif 61,000 ‘supporter’ ippakkjaw l-arena li jisimha ‘The Puskas’ għal-logħba bejn l-Ungerija u l-Portugal.
It-tqassim tal-vaċċin b’mod rapidu fl-Ungerija, wassal biex il-pajjiż seta’ jilqa’ l-akbar attendenza li qatt ra għal-logħba f’40 sena.
Intqal li 5.3 miljun persuna minn popolazzjoni ta’ 9.8 miljun, ġew ivvaċċinati fl-Ungerija.
Ritratt: Reuters