70% Tal-Popolazzjoni Adulta F’Pajjiżna Hija Vaċċinata

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tenna li 70% tal-popolazzjoni adulta f’Malta u Għawdex hija vaċċinata.
Dan ħabbru fuq il-mezzi tal-midja soċjali tiegħu. Qal li 81% ħadu diġà l-ewwel doża; dan ifisser 650,000 doża mogħtija.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jżur vaccin.gov.mt għal aktar informazzjoni.