Ara: Ritratti Ġodda Tal-Pjaneta Mars
Iċ-Ċina ppubblikat ritratti ġodda tal-pjaneta Mars, hekk kif apparat qiegħed jesplora din il-pjaneta. Il-midja tal-istat Ċiniż tgħid li l-missjoni kienet ta’ suċċess. L-apparat ingħata l-isem ta’ ‘Zhurong rover’, liema isem huwa msemmi għall-alla tan-nar tal-metoloġija Ċiniża. Jidher li dan l-apparat wasal f’Mars fil-15 ta’ Mejju. Iċ-Ċina tkun it-tieni pajjiż li għamlet dan, wara l-ewwel pajjiż ikunu l-Istati Uniti.
L-istess apparat bagħat ritratti tal-pjaneta Mars ammont ta’ jiem wara li wasal.
Jidher li minbarra ritratti tal-pjaneta, l-apparat ħa ukoll ‘selfie’, f’liema ritratt jidhru l-panelli solari tal-apparat u bandiera żgħira taċ-Ċina. Dan l-apparat li jaħdem bix-xemx għandu l-għan li jdum tlett xhur fuq din il-pjaneta sabiex ifittex sinjali jew xi evidenza ta’ ħajja fl-imgħoddi fuq din il-pjaneta.
Il-Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Ispazju Ċiniża jgħid li pajjiżu se jippubblika d-data xjentifika sabiex l-umanità tgawdi mill-iżviluppi taċ-Ċina. Jidher li ċ-Ċina qiegħda żżid fil-kapaċitajiet spazjali tagħha u qegħda tlaħħaq mal-kapaċitajiet tal-Istati Uniti.