Rekord Ta’ Mwiet Fir-Russja Minn Diċembru ‘L Hawn

 Rekord Ta’ Mwiet Fir-Russja Minn Diċembru ‘L Hawn

Ir-Russja llum ir-rapportat 619-il persuna mejta, l-akbar numru ta’ mwiet minn Diċembru ‘l hawn, kawża tal-COVID-19 hekk kif il-varjant Delta jidher li nfirex sew fil-pajjiż.

Matul il-ġurnata tal-lum ġew rapportati 21,665 kas ġdid li huwa wkoll rekord ta’ każi ġodda minn Jannar ‘l hawn.

Bħal issa fil-belt Russa ta’ Saint Petersburg qed jintlagħbu xi logħob tal-Euro 2020 fejn minħabba din is-sitwazzjoni ingħalqet il-Euro Fan Zone biex ma jinġabrux nies flimkien f’numru kbar. F’din il-belt biss mietu 107 persuni.

Mill-bidu tal-pandemija fir-Russja mietu 132,683 persuna.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com