100 Persuna Permessibbli F’Attivitajiet Minn Nhar It-Tnejn – Aqra Iżjed Fl-Artiklu
Minn nhar it-Tnejn li ġej, se jibdew isiru attivitajiet żgħar u kkontrollati.
Il-gvern ħabbar li minn nhar it-tnejn ħa jkunu jistgħu jsiru attivitajiet kulturali, attivitajiet bħal konferenzi u attivitajiet sportivi.
Dawn ħa jkunu jistgħu jsiru billi l-organizaturi iridu jimlew formula tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Din il-formula li tinsab fuq il-website tal-MTA trid titbagħa minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-attività.
Kull minn ħa jkun qed jattendi għal-attivita irid juri ċ-ċertifikat tal-vaċċin qabel jidħol u jinżamm rekord tan-nies li attendew.
In-numru ta’ dawk permess huwa ta’ 100 persuna, mid-19 ta’ Lulju n-numru se jitla’ għal 150 waqt li mit-2 ta’ Awwissu, il-massimu ta’ dawk li jistgħu jidħlu huwa ta’ 200 persuna. L-attivitajiet ħa jkunu jistgħu jżommu sa 100 persuna f’kull ‘bubble’ u d-dħul jrid ikun għalkollox separat minn ieħor fejn l-udjenza tidħol u toħroġ minn entratura differenti u tkun servuta wkoll minn staff differenti.. In-numru ta’ dawk li se jitħallew jidħlu fl-attività għandhom ikunu persuna għal kull erba’ metri kwadri.
L-attività għandha tkun mingħajr intermissjoni, filwaqt li l-ikel għandu jingħata fuq il-mejda stess, li fuqhom irid ikun hemm massimu ta’ sitt persuni.
In-nies iridu jibqgħu bilqiegħda u lebsin il-maskri. Il-maskri jistgħu jitneħħew biss biex il-persuna tiekol jew tixrob.