Aktar Minn 42,000 Passiġġier Użaw Il-Fast Ferry Fl-Ewwel Xahar

 Aktar Minn 42,000 Passiġġier Użaw Il-Fast Ferry Fl-Ewwel Xahar

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li mill-1 ta’ Ġunju sal-lum, aktar minn 42,000 passiġġier użaw is-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex. Tenna li fl-ewwel xahar saru total ta’ 1,086 vjaġġ u saħaq li numri bħal dawn huma xhieda ta’ suċċess ieħor fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer kif ukoll pass ieħor ’il quddiem fl-infrastruttura marittima.

Il-Ministru Ian Borg qal ukoll li dan il-proġett tal-fast Ferry qed jgħin ukoll fl-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna.

Fakkar ukoll titjib fit-trasport relatat fejn għamel referenza għal żidiet ta’ rotot ġodda fosthom ir-rotta 300 li twasslek bejn it-terminal tal-fast ferry u l-Università u Mater Dei, u r-rotta X133 li twasslek mill-Valletta Bus Terminus għall-Fast Ferry.

“Inkorporajna wkoll servizz ta’ shuttle bus fejn min jipparkja l-karozza privata tiegħu fil-park and ride tal-Furjana jkun jista’ juża dan is-servizz sabiex jasal għall-fast ferry. Apparti hekk ħsibna wkoll f’min jivvjaġġa bil-mixi fejn rajna li noffru servizz ta’ bike-sharing fejn il-Barrakka Lift…” qal il-Ministru Ian Borg filwaqt li qal li l-Gvern huwa kommess biex ikun hawn trasport aħjar fuq kull livell kemm trasport bil-baħar, trasport b’mezzi nodfa u alternattivi iżda fuq kollox anke trasport tal-massa.

Ritratt: DOI/ Omar Camilleri

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com