L-Air Malta Ttir Lejn Il-Libja L-Ewwel Darba Minn Lulju 2014

 L-Air Malta Ttir Lejn Il-Libja L-Ewwel Darba Minn Lulju 2014

Ilbieraħ l-1 ta’ Lulju 2021, l-ajruplan tal-linja nazzjonali l-Air Malta ttajjar lejn il-Libja għall-ewwel darba wara seba’ snin. It-titjira lejn l-Ajruport ta’ Mitiga fi Tripli kellha fuqha delegazzjoni mmexxija mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana flimkien maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi.

F’din iż-żjara, ġew diskussi diversi temi, fosthom it-tkomplija tat-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi, u żjara minn esperti tas-sigurtà fl-avjazzjoni mill-Ministeru għall-Intern fi Tripli kif ukoll mill-Ajruport ta’ Misurata.

F’kumment wara din ż-żjara ta’ ġurnata, il-Ministru Clyde Caruana qal, “Li tara l-ajruplan tal-Air Malta fuq art Libjana fi snin huwa ċertament sinjal pożittiv. Irridu nkomplu naħdmu flimkien biex naraw progress fl-avjazzjoni. Malta u l-Libja appoġġjaw lil xulxin fuq bosta fronti matul l-aħħar deċennji u se nkomplu nsaħħu din ir-relazzjoni qawwija bejn iż-żewġ popli.”

Ritratti: MFE

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com