Amber Tniedi ‘Save Yourself The Time’ B’Messaġġ Għal Dawk Li Jaslu Fi Tmiem Relazzjoni

 Amber Tniedi ‘Save Yourself The Time’ B’Messaġġ Għal Dawk Li Jaslu Fi Tmiem Relazzjoni

Amber tniedi s-silta l-ġdida ‘Save Yourself The Time’ flimkien ma’ vidjow muzikali.

Is-silta hija minn fuq l-album tagħha ‘1991’ li ġie mniedi x-xahar li għadda. Il-lirika ta’ ‘Save Yourself The Time’ jitkellmu dwar meta trid tasal għal konklużjoni u taċċetta l-fatt li relazzjoni tkun wasslet fit-tmiem tagħha u inutli tkompli tipprova żżomm ir-relazzjoni stabbli għax ma taħdimx. Il-messaġġ huwa li jekk m’hemmx tama, għandek tiffranka lilek nnifsek l-uġiegħ li tħossok waħdek, tinkwieta u qsim il-qalb.

Xi kultant nħossuha diffiċli li nimxu ‘l quddiem. Jkollna sens ta biżà u nħossu li hija iktar faċli li nibqgħu fl-ambjent li nafu u drajna. Għandna t-tendenza li ninsew il-potenzjal li għandna biex ninbidlu, naddattaw, nimxu ‘l quddiem u nieħdu l-esperjenza ta’ sitwazzjoni jew relazzjoni ħażina u nbiddluha f’tagħlima minflok.

Amber tgħidilna ‘’Nispera u nixtieq li din is-siltà tkun ta’ inspirazzjoni għas-semmiegħa u s-segwaċi biex ikunu indipendenti, ma jibżgħux jieħdu deċiżjoni u jaċċettaw li ċertu affarijiet f’ħajjitna mhux dejjem jaħdmu u jiżvolġu kif nkunu nixtiequhom.’’

Bħal ħafna mis-siltiet fuq l-album ‘1991’, ‘’Save Yourself The Time’ hija miktuba minn Amber stess u ġiet produċuta minn Elton Zarb f’ Wickedandloud Studios. Il-vidjow mużikali kien f’idejn Tribe.mt

Ta’ min isemmi li l-iktar silta riċenti ta’ Amber: ‘Put Away Your Money’ daħlet fil-klassifika fil-pożizzjoni #137 mal-aqwa 200 tal-Japan Alternative Chart fuq iTunes.

Awguri Amber.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com