Il-Maltin Li Għandhom Fiduċja Fis-Sistema Ġudizzjarja Jiżdiedu

 Il-Maltin Li Għandhom Fiduċja Fis-Sistema Ġudizzjarja Jiżdiedu

Il-fiduċja tal-Maltin fil-Qrati tidher li qed iżid. Dan ħareġ fi stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar bejn Marzu u April ta’ din is-sena.

Meta mistoqsija fis-survey li sar jekk jaħsbux li l-Qrati f’Maltin humiex jaħdmu b’mod indipendenti, 69% ta’ dawk li wieġbu qalu iva filwaqt li 27% qalu le, 4% wieġbu li ma jafux.

B’dan ir-riżulat jidher li matul dawn l-aħħar erbgħa snin kien hemm żieda ta’ 17% fil-fiduċja fil-qrati. Dan meta s-sitwazzjoni politika f’Malta ma kienetx stabbli b’każijiet fil-qrati fejn hemm involuti nies li kienu viċin il-Gvern kif ukoll b’politiċi li qed jissemmew f’każijiet li qed jinstemgħu.

F’messaġġ li kiteb il-Ministru Edward Zammit Lewis fuq il-mezzi soċjali qal li “il-ħidma qatigħ qed tagħti l-frott”.

F’dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li kważi 70% ta’ sidien ta’ negozji jew kumpaniji wkoll jemmnu li s-sistema tal-qrati f’Malta hija waħda tajba u mingħajr interferenza.

Fost l-għar sistemi ġudizzjarji fl-Ewropa insibu l-Kroazja, l-Islovakkja, l-Polonja, l-Bulgarija u l-Italja.

Uħud mill-aqwa pajjiżi li jħaddmu l-aqwa sistema ġudizzjarja fl-Ewropa nsibu lil l-Awstrija, l-Finlandja, l-Ġermanja, l-Lussemburgu u l-Olanda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com