Atmosfera Kulurita U Ħajja F’Triq Nofsinhar Il-Belt Valletta

 Atmosfera Kulurita U Ħajja F’Triq Nofsinhar Il-Belt Valletta

Ilbieraħ filgħaxija ġie inawgurat dawl artistiku ġdid fi Triq Nofsinhar il-Belt Valletta. Din l-installazzjoni hija tal-artist Malti Carl Caruana.

Dan ħabru Jason Micallef iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency (VCA) fuq il-mezzi soċjali fejn qal “minn dawn ir-ritratti, l-installazzjoni fuq disinn ta’ fjuri ħolqot atmosfera mill-isbaħ ta’ kulur, ħajja, u kurżità għal dawk kollha li nzertaw f’din waħda mit-toroq ewlenin fil-Belt Valletta.”

Jason Micallef ħeġġeġ ukoll lil dawk kollha li ħa jkunu qegħdin il-Belt Valletta sabiex tgħaddu minn din it-triq sabiex tgawdu din l-esperjenza.

Din l-installazzjoni se tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Settembru li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com