Avenue Sky Iniedu T-Tieni Kanzunetta Oriġinali Tagħhom: ‘When The Sun Shines’

 Avenue Sky Iniedu T-Tieni Kanzunetta Oriġinali Tagħhom: ‘When The Sun Shines’

Avenue Sky qed iniedu t-tieni kanzunetta oriġinali tagħhom għall-2021, ‘When the Sun Shines’. Din il-kanzunetta għandha kompożizzjoni ta’ Jonas Gladnikoff u Sara Ljunggren, u kitba ta’ Nikos Sofis.

Avenue Sky huwa magħmul minn sitt kantanti ġuvintur: Andy, Clive, Karl, Kevin u Josef.

Din mhijiex l-ewwel kanzunetta oriġinali bl-Ingliż ta’ Avenue Sky. Lil Avenue Sky rajnihom fil-Malta Eurovision Song Contest 2018 bil-kanzunetta ‘We Can Run’. Aktar kmieni din is-sena kienu wkoll finalisti fil-festival tal-kanzunetta Maltija, Mużika Mużika, bil-kanzunetta ‘Kompli Tbissem’. Issa kien imiss li joffru kanzunetta addattata għal dan iż-żmien tas-sajf.

Il-messaġġ wara l-kanzunetta hu wieħed sajfi u li permezz tagħha Avenue Sky qed jistiednu lis-semmiegħa sabiex igawdu s-sajf bl-aħjar mod possibli. Il-produzzjoni mużikali nħadmet minn Jonas Gladnikoff, il-produzzjoni vokali maħduma minn Glen Vella u l-vidjow bil-lirika minn Luke Borg.

Il-kanzunetta ġiet imnedija fuq il-midja soċjali tal-istess grupp fl-1 ta’ Lulju 2021 u wieħed jista’ jsibha fuq il-pjataformi diġitali bħal Spotify, Youtube u Apple Music.

Facebook: https://www.facebook.com/AvenueSkyMalta 

Instagram: https://www.instagram.com/avenueskymalta 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com