Bil-Filmat: Lejliet Logħba Tant Mistennija, Appell Biex Inkunu Responsabbli

 Bil-Filmat: Lejliet Logħba Tant Mistennija, Appell Biex Inkunu Responsabbli

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà wassal appell biex għada, filwaqt li nieħdu pjaċir, inżommu mar-regoli.

Appella biex nevitaw il-folol u li jinkisru r-regoli marbuta mal-Covid-19. Tenna li l-pulizija, membri mis-CPD u anke mil-LESA, ser ikunu qed iwettqu x-xogħol tagħhom u li jaraw li tinżamm l-ordni pubblika, għalkemm forsi, l-infurzar ma jinżilx dejjem tajjeb mal-pubbliku fejn ikun hemm min jgħid li qed isir infurzar iżżejjed u hemm min jgħid li mhux biżżejjed.

Fakkar li dawn in-nies għandhom familja d-dar ukoll. Fakkar fis-sagrifiċċji kbar li saru sa issa. Qal li fl-ewwel 6 xhur ingħataw mal-20,000 taħrika marbuta mal-Covid-19 kif ukoll, li aħna xortina tajba bħala pajjiż fejn nistgħu ngawdu u hawn ġab paragun fejn fl-Ingilterra, li qegħdin fil-finali, il-bars idumu biss miftuħin sal-11.15pm mentri f’pajjiżna le.

Għalhekk, ikun għaqli li nieħdu ħsieb xulxin u nieħdu gost xorta waħda filwaqt li nibżgħu għall-mument. Fakkar ukoll, li filwaqt li nieħdu gost nissapportjaw timijiet favoriti tagħna, kif anke hu stess għandu, l-għajta għanda dejjem tibqa’ favur pajjiżna; Viva Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com