Bomba Suwiċida F’Suq Iffullat Bin-Nies Fl-Iraq

 Bomba Suwiċida F’Suq Iffullat Bin-Nies Fl-Iraq

Mill-inqas 35 persuna s’issa huma konfermati mejta wara attakk b’bomba suwiċidju f’suq iffullat bin-nies fil-belt kapitali tal-Iraq, f’Bagdad.

Il-bomba suwiċida fis-suq ta’ Sadr ilbieraħ ħalla aktar minn 60 persuna midruba, b’numru minnhom f’kundizzjoni kritika, skont il-Pulizija.

Il-bomba kienet pjanata f’ħin li jkun hemm ħafna nies jixtru bi preparazzjoni għall-festa tal-lum fir-reliġjon Islamika tal-‘Eid al Adha’.

L-Istat Islamiku refa’ r-responsabiltà għal dan l-attakk, fejn qal li membru minn dan il-grupp sploda lilu nnifsu.

Il-President tal-Iraq Barham Salih ikkundanna dan l-attakk u qal li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tkompli sakemm dan jitwaqqaf.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com