Esperjenza Lura Spanja Għaż-Żagħżugħ Gowlkiper Promettenti Miguel Spiteri

 Esperjenza Lura Spanja Għaż-Żagħżugħ Gowlkiper Promettenti Miguel Spiteri
Il-goalkeeper internazzjonali Malti ta’ taħ id-19-il sena Miguel Spiteri għadu kemm irritorna fi Spanja biex jiffirma mal-klabb ta’ Cartagena FC.
Cartagena FC se jkunu qed jikkompetu fl-għola diviżjoni tal-Kampjonat ta’ taħt id-dsatax-il sena fi Spanja, li huwa Division de honor, fir regun ta Valencia.
Dan ifisser li Miguel se jkollu l-opportunita li jilghab kontra timijiet importanti bħal Valencia, Villareal, Levante u ħafna oħrajn.
Miguel Spiteri mhuwiex wiċċ ġdid fix-xena tal-Futbol Spanjol hekk kif dan se jkun ir-raba’ staġun tiegħu li fih ser jilgħab fi Spanja wara li fil-passat kellu esperjenzi kemm ma’ CD Leganes u kif ukoll Getafe CF.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com