Qabda Ta’ 8,000 Sigarett Permezz Ta’ Telefonata Anonima

 Qabda Ta’ 8,000 Sigarett Permezz Ta’ Telefonata Anonima

Telefonata anonima lill-għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq waslet biex ġew konfiskati 8,060 sigarett f’garaxx fl-Imqabba.

Dan ir-rapport sar ilbieraħ fejn ġew infurmati mal-ewwel l-uffiċjali tad-Dwana li flimkien mal-pulizija marru fuq il-post. Wara li twettqet spezzjoni bir-reqqa 8,060 sigarett kienu elevati, li 3,560 minnhom ġew identifikati b’mod evidenti bħala sigaretti tal-kuntrabandu. Il-kumplament jeħtieġu aktar investigazzjoni.

Fi stqarrija li ħarġet mid-Dipartiment tad-Dwana rringrazzjaw lill-pubbliku tal-informazzjoni li għaddew u jħeġġu sabiex kull min għandu informazzjoni simili biex jagħmel rapport fuq 2568 5124.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com