Il-Familja Caruana Galizia Jaċċettaw L-Apoloġija Tal-PM U Lesti Jiltaqgħu Miegħu

Paul Caruana Galizia, iben il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, qal li l-familja tilqa’ l-apoloġija li għamel il-Prim Ministru Robert Abela u stqarr li l-apoloġija kienet dovuta lil pajjiż kollu.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet virtwali l-familja qalet li m’għandhiex pjani li tiltaqa’ mal-Prim Ministru, imma lesti li jiltaqgħu miegħu jekk jasal joffri, stqarr Matthew Caruana Galizia.
Il-Familja Caruana Galizia qalu li kull min hu msemmi fir-rapport għandu jerfa’ r-responsabilità.
Fil-konferenza kien hemm preżenti ukoll l-avukat tal-familja, Therese Commodini Cachia fejn qalet li r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta għandhom jiġu implimentati minn kumitat imparzjali u mhux partiġġjana, b’mod indipendenti mill-gvern.