Michael Piccinino Ħa Jkun Qed Jikkontesta Għal Segretarju Ġenerali Tal-PN

 Michael Piccinino Ħa Jkun Qed Jikkontesta Għal Segretarju Ġenerali Tal-PN

Hekk kif ħabbarna dalgħodu li Francis Zammit Dimech ilbieraħ ikkonferma li ma kienx ħa jerġa’ jikkontesta għal kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN, kif ukoll għedna li l-Partit qed iħares lejn iktar żgħażagħ u wċuħ ġodda f’karigi għolja fi ħdan il-Partit, ġie konfermat li  Michael Piccinino ħa jkun qed jikkontesta għal din il-kariga.

Michael Piccinino li għandu 26 sena fil-preżent kien qed jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali kiteb li “Dawn ix-xhur li ġejjin, se jkunu kruċjali għall-Partit Nazzjonalista, u matulhom irridu nżidu l-isforzi, l-enerġija u l-entużjażmu tagħna lkoll sabiex norganizzaw il-Partit għall-Elezzjoni Ġenerali.”

Huwa kompla jgħid li “Għalhekk aċċettajt it-talba tal-Kap tal-PN Bernard Grech  biex fil-ġranet li ġejjin, jekk ningħata l-fiduċja tal-Kunsilliera sabiex nirrappreżentahom fl-Eżekuttiv, nitfa’ n-nomina biex insir Segretarju Ġenerali tal-Partit.”

Michael irringrazzja lil Francis Zammit Dimech  għall-ħidma tiegħu, u qal li kien strumentali sabiex aċċetta li jagħmel dan il-pass.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com