Raġel Ta’ 25 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Bil-Mutur

 Raġel Ta’ 25 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Bil-Mutur

Raġel ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq il-Wied, l-Iklin.

l-inċident seħħ ilbieraħ, għal xis-6:15pm.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku u marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 25 sena u residenti l-Iklin, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tal-għamla Kymco Agility, u waqa’.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com