Jinstab Varjant Ieħor Ġdid Tal-Covid-19

 Jinstab Varjant Ieħor Ġdid Tal-Covid-19

Filwaqt li l-varjant Delta issa sar l-aktar wieħed dominanti fil-firxa tal-Covid-19, l-isptar bl-isem ta’ Houston Methodist fl-Amerka rreġistra l-ewwel każ bil-varjant ġdid li ssemma lambda.

Jidher li dan il-varjant feġġ għall-ewwel darba fil-Peru u sa issa, dan il-varjant diġà kien irreġistrat fi 28 pajjiż ġdid.

Madanakollu, il-WHO serrħet moħħ il-pubbliku li l-vaċċini attwali jaħdmu tajjeb kontra l-varjanti kollha filwaqt li komplew iħeġġu lid-dinja kollha biex titlaqqam.

Inkomplu nfakkru fl-attenzjoni minn kull individwu; ilbies tal-maskra f’postijiet fejn hemm il-massa, ħasil tal-idejn, l-użu tas-sanitizer u li titkellem jekk tħoss is-sintomi.

Ritratti: nprg.org

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com