Rekord Ta’ 4,000 Vaċċin Illum F’San Ġiljan

 Rekord Ta’ 4,000 Vaċċin Illum F’San Ġiljan

F’Kumment li ħareġ id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali rringrazzja lit-team dedikat taċ-ċentri tat-tilqim.

Ħabbar ukoll li matul din l-ġimgħa mill-‘walk in clinics’ ingħataw 8,323 vaċċin mingħajr appuntament.

Illum ingħataw rekord ta’ dożi f’San Ġiljan b’total ta’ 4,038.

Il-Ġimgħa dieħla l-klinika mobbli tal-vaċċin ħa tkun qeda l-Belt Valletta quddiem il-Parlament.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com