Bil-Filmat: Tispiċċa B’Għasfur Ma’ Wiċċa Waqt Rikba F’Park Tad-Divertiment

 Bil-Filmat: Tispiċċa B’Għasfur Ma’ Wiċċa Waqt Rikba F’Park Tad-Divertiment

Filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali huwa ta’ dawn iż-żewġ tfajliet żgħar li kellhom intopp meta kienu qed jirkbu attrazzjoni fil-park tad-divertiment ġewwa New Jersey, l-Amerika.

Georgia Reed ta’ 14-il sena u Kiley Holman ta’ 13-sena għażlu li jirkbu ‘SpringShot’ flimkien. Iżda hekk kif dawn ġew sparati ‘l fuq b’veloċità ta’ 75 mil fis-siegħa Kiley isib gawwija ma’ wiċċa.

Il-Filmati juru lil Kiley kif inħasdet hekk kif żgur ma kienetx qed tistenna lil xi ħaddieħor jakkumpanja fir-rikba. Jidher li ftit wara Kiley irnexxilha tneħħi l-għasfur minn quddiem wiċċa u l-gawwija tidher tkompli t-tir fi triqtha.

Georgia li kienet ħdejha ma ndunatx b’dak li qed jiġri lil ħabiba tagħha u lanqas omma li kienet qed tistenna isfel sakemm xħin niżlu min fuq l-‘iSpringShot’ staqsew x’kien ġara hekk kif Kiley kienet mimlija bir-rix.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com