“Dawn L-Atti Huma Sinjali Ċari Li Colin Kien Qed Iwerżaq Għall-Għajnuna” – Peppi Azzopardi

 “Dawn L-Atti Huma Sinjali Ċari Li Colin Kien Qed Iwerżaq Għall-Għajnuna” – Peppi Azzopardi

“Meta Colin għamel suwiċidju fil-ħabs, it-tmexxija tal-ħabs ħarġu jgħidu li Colin qatt ma wera sinjali li kien se jagħmel suwiċidju. Gidba.” Dan huwa dak li kiteb Peppi Azzopardi fuq il-mezzi soċjali tiegħu filwaqt li ppublika ritratt ta’ kif Colin kien qata’ jdejh meta sar jaf li kien se jerġa’ jidħol il-ħabs.

Peppi Azzopardi jkompli jgħid li ”Ir-riċerka hija ċara. Self-harm ġo l-ħabsijiet hija problema kbira u r-riskju ta’ suwiċidju jikber meta jkun hemm self-harm”

“Ukoll, bil-biża li jerġa’ jidħol il-ħabs, jumejn qabel tefawħ il-ħabs, ittieħed l-isptar bl-ambulanza għax għamel OD.”

Fil-messaġġ tiegħu jiem wara l-mewt ta’ Colin Galea, Peppi Azzopardi tenna li dawn l-atti huma sinjali ċari li Colin kien qed iwerżaq għall-għajnuna.

F’każ li inti qed tagħmel self-harm jew għandek ħsibijiet ta’ suwiċidju, ċempel 1170 u ssib l-għajnuna ‘mmedjata li għandek bżonn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com