Elton John B’Sorpriża F’Ristorant Fi Franza…
Tkun qed tiekol f’restorant u f’daqqa waħda jitfaċċa Elton John jkanta naħseb li tkun sorpriża sabiħa ħafna.
Hekk ġralhom bosta turisti li waqt il-vaganza tagħhom fuq gżira mal-kosta Franċiża propju ġo La Guerite Beach Restaurant kellhom sorpriża li ma kienux qed jistennew waqt l-ikla tagħhom hekk kif waqt li kien qed idoqq id-Deejay, tfaċċa fuqu Elton John biex ikanta r-remix tad-diska l-għadu kemm ħareġ ma’ Dua Lipa, ‘Cold Heart’.
Bla dubju kulmin kien fir-restorant spiċċa qam bil-wieqfa u nesa l-ikel li kellu quddiemu, hekk kif kulħadd inġabar quddiem Elton John li llum għandu 74 sena biex jgawdi dan il-mument.