“Ħal Tarxien Dalgħodu Jistenbaħ B’Diżgrazzja Kbira” – Is-Sindku Joseph Abela Galea

 “Ħal Tarxien Dalgħodu Jistenbaħ B’Diżgrazzja Kbira” – Is-Sindku Joseph Abela Galea

“Ħal Tarxien dalgħodu jistenbaħ b’diżgrazzja kbira,” hekk kiteb is-Sindku ta’ Ħal Tarxien Joseph Abela Galea dalgħodu fuq il-mezzi soċjali wara li “l-familja Busuttil jitilfu lil ommhom l-għażiża kif ukoll id-dar tagħhom.”

Il-każ seħħ għal ħabta tas-6:30am, fi Triq Betta f’Ħal Tarxien. F’dan l-inċident sfortunat tilfet ħajjitha Lonza Busuttil ta’ 81 sena wara li żviluppa nirien fid-dar.

Is-Sindku għamel appell ukoll li qed isir ġabra ta’ donazzjonijiet biex jittaffew ftit mill-ispejjeż kbar li ġarrbet din il-familja.

“Kondoljanzi lil familja kolla għal din ommna Lonza Busuttil,” temm dan il-messaġġ ta’dieqa Joseph Abela Galea.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com