Meta Nqalgħet Kwistjoni Bejn Malta u L-Libja Fuq Iż-Żejt…

 Meta Nqalgħet Kwistjoni Bejn Malta u L-Libja Fuq Iż-Żejt…

Kien it-23 t’Awwissu tal-1980 meta nqalgħet il-kwistjoni bejn Malta u l-Libja dwar it-tħaffir taż-żejt mir-rig Taljan Saipem f’isem il-kumpanija Amerikana Texaco.

Żewġ laneċ armati Libjani kienu waslu mar-rig u ordnaw lill-Kap tat-tħaffir biex iwaqqaf ix-xogħol.

Il-Libja kienet qalet li t-tħaffir kien qed isir fil-baħar li kien tagħha, ħaġa kkonestata mill-Gvern Malti.

Wara, iż-żewġ pajjiżi marru l-qorti internazzjonali tal-ġustizzja f’ The Hague għall-parir dwar kif kellha tinqasam il-blata kontinentali.

Iż-żewġ pajjiżi kien ukoll irratifikaw il-ftehim li jattwa l-parir tal-qorti.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com