S’Issa 13-il Persuna Mejta F’Żewġ Splużjonijiet Viċin L-Ajruport Ta’ Kabul
Żewġ splużjoniet kbar qrib l-ajruport ta’ Kabul, fl-Afganistan jħallu mill-inqas 13-il persuna ċivili, inklużi tfal mejta.
Qed ikun rapportat li l-isplużjoniet kienu bombi suwiċida li splodew f’daqqa viċin Abbey Gate fejn kien hemm bosta nies miġbura. Dawn il-bombi ħallew diversi persuni midruba fosthom suldati Amerikani u gwardji tat-Taliban, fost nies ċivili li kienu qed jistennew biex jiġu evakwati.
Qed jingħad ukoll li dan kien attakk terroristiku mill-grupp ISIS.
Picture from near Baron Gate, Kabul airport. Explosion just now. #Afgahnistan pic.twitter.com/jypJkS0YxJ
— Gareth Browne (@BrowneGareth) August 26, 2021