Bil-Filmat: Raġel Iwaddab Bajda Lill-President Franċiż Bi Protesta

Il-President Franċiż Emmanuel Macron waqt li kien qed iżur fiera tal-ikel ilbieraħ f’Lyon ġie ssuttat bil-bajd li fortunatament ma nkisritx hekk kif laqtitu fuq spalltu.
Jidher li l-bajda ġiet mitfugħa minn raġel bi protesta, fejn kien arrestat minnufih.
Din ma kienitx l-ewwel darba li Emmanuel Macron kien issuttat bil-bajd hekk kif fl-2017 kien ġara inċident simili.
Din is-sena stess f’Ġunju raġel taħ daqqa ta’ ħarta waqt li kien miexi fil-pubbliku.