L-Armata Ingliża Lesta Biex Tintervjeni Minħabba Provvista Baxxa Ta’ Fjuwil Fir-Renju Unit

 L-Armata Ingliża Lesta Biex Tintervjeni Minħabba Provvista Baxxa Ta’ Fjuwil Fir-Renju Unit

Ir-Renju Unit jinsab fi problemi hekk kif il-provvista tal-fjuwil tinsab f’livelli baxxi ħafna. Dan ġara minħabba nuqqas kbir ta’ xufiera li jittrasportaw il-merkanziji fl-Ingilterra. Fil-ġimgħat li għaddew mhux il-fjuwil biss kien problema iżda wkoll il-prodotti fis-supermarkets fejn bosta xkaffa kienu qed jitħallew vojta minħabba nuqqas ta’ provvista.

Fl-Ingilterra jidher li l-Armata Ingliża issa tinsab lesta sabiex tassisti biex ttaffi din il-problema. Fil-fatt madwar 150 suldat li jsuqu t-trakkijiet ħa jkunu qed jgħinu sabiex iqassmu l-fjuwil lill-pompi.

Diversi nies inġemmgħu f’serbut twil ta’ karozzi biex jilħqu l-aħħar ftit fjuwil għal karozzi tagħhom. B’diversi negozji li jużaw vetturi biex joperaw qed jispiċċaw mingħajr fjuwil ukoll.

Sptarijiet u ħaddiema tas-saħħa qed jitolbu sabiex jingħataw il-fjuwil sabiex jkunu jistgħu jibqgħu joperaw.

Fl-Ingilterra hu stmat li hemm madwar 100,000 sewwieq tat-trakkijiet tal-merkanzija nieqsa, dan kien riżultat ta’ Brexit u tal-pandemija.

Ritratti: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com