Edward Scicluna Jitlef Kawża Ta’ Libell Kontra Kumment Li Kien Għamel Simon Busuttil

 Edward Scicluna Jitlef Kawża Ta’ Libell Kontra Kumment Li Kien Għamel Simon Busuttil

L-ex Ministru u Gvernatur attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Edward Scicluna dalgħodu fil-Qorti tilef kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ex Kap tal-PN Simon Busuttil.

Il-kumment li kien kiteb Simon Busuttil fuq il-mezzi soċjali tiegħu f’Lulju tal-2019 kien jgħid, “Bħala pajjiż taż-żona tal-ewro ma jistax ikollna Ministru tal-Finanzi mdaħħal f’investigazzjoni dwar il-ħasil tal-flus. Għall-ġid ta’ pajjiżna Edward Scicluna  għandu jitlaq issa, almenu sakemm ikklerja ismu.”

Dan il-kumment kien qalu fi żmien meta Edward Scicluna kien qed jissemma bħala kandidat potenzjali għall-Kummissarju Ewropew.

Scicluna kien qal li dan il-kumment kien għamillu ħasra kbira għaliex qal li huwa ma kienx involut fil-ftehim tal-isptarijiet. Fil-fatt huwa kien investigat dwar il-ftehim ta’ privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet tal-Istat, flimkien ma’ Konrad Mizzi u Chris Cardona.

Il-Maġistrat Rachel Montebello fis-sentenza tagħha ċaħdet il-kawża ta’ libell fejn irrimmarkat li dak li qal Simon Busuttil ma jikkostitwixxi l-ebda danni fil-konfront ta’ Edward Scicluna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com