F’Jum L-Indipendenza Mhux Kulħadd Jista’ Jħossu Indipendenti F’Ħajtu
F’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali Bjorn Formosa dalgħodu f’Jum l-Indipendenza, wassal ħsieb li forsi mhux dejjem nirrealizzaw li persuni b’kundizzjonijiet bħal tal-ALS, l-indipendenza f’ħajjithom tkun qed tintilef jum wara ieħor.
Dan għaliex…
“Meta ma tkunx tista’ tgħolli jdejk biex twieġeb it-telefown…jew meta tkun tixtieq tħokk u minħabba li m’għandekx abbiltà f’idejk ma tkunx tista…
Meta tkun trid tilbes u jkollok bżonn lil ħaddieħor…jew meta tkun qed itterter bil-bard u tkun trid tittatta u ma tistax!
Meta sempliċi jkollok dubbiena fuqek u ma tkunx tista’ tneħħieha.
Hemm tinduna li tkun tlift l-indipendenza. Hemm tiftakar li waħdek imqar għal ftit sekondi ma tistax tkun!”
Bjorn fakkar li llum aħna qed niċċelebraw l-Indipendenza, però l-Ħadd li ġej, mijiet ta’ pazjenti ser jiċċelebraw mhux l-indipendenza imma l-fatt li jistgħu jgħixu b’dinjità fil-konfort ta’ Dar ġdida.
“Għini niftaħ it-tieni dar. Grazzi ħafna.”
☎️ Ċempel: €25 – 5180 2018 | €50 – 5190 2075
❤️ SMS: €11.65 – 5061 9271
🅱️ BOV Mobile Pay: 79096249
🧑💻 Jew idħol https://alsmalta.org/donate/