Glen Farrugia Huwa L-Persuna Mitkellma Mill-Pulizija – L-MDA Tgħid Li Mhuwiex Reġistrat Bħala Kuntrattur
Ir-raġel mitkellem mill-Pulizija dwar il-każ li seħħ ilbieraħ fil-Mellieħa mhux reġistrat bħala kuntrattur u lanqas huwa membru tal-Malta Developers Association. Dan kien konfermat fi stqarrija maħruġa mill-MDA llum.
Glen Farrugia huwa wieħed miż-żewġ diretturi tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors li lbieraħ ġie mitkellem mill-Pulizija dwar dan il-każ li ħasad il-pajjiż kollu.
L-MDA fl-istqarrija tagħhom ikkundannaw bla riżerva dan l-każ fejn allegatament ħaddiem ta’ 32 sena mill-Ghana tħalla fuq bankina fi Triq Selmun, il-Mellieħa ferut wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Dun Franġisk Sciberras, fil-Mellieħa.
Hija dejjem saħqet illi s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati fuq is-sit ta’ kostruzzjoni huma ta’ mportanza massima tenut kont il-periklu li jġib miegħu in-natura tax-xogħol tagħhom.
Dan il-każ ġab il-kundanna ta’ għexieren ta’ nies u entitajiet, fosthom il-Prim Ministru u Kap tal-Oppożizzjoni u Membri Parlamentari, fost diversi għaqdiet.
Ara aktar:
Aġġornat: L-Immigrant Li Tħalla Fuq Bankina Ferut Huwa Mill-Ghana U Għandu 32 Sena