Il-PN Iwiegħed Li Jgħolli L-Limitu Tal-Eżenzjoni Tal-VAT Għal €60,000

 Il-PN Iwiegħed Li Jgħolli L-Limitu Tal-Eżenzjoni Tal-VAT Għal €60,000

F’attività oħra mistoqsija u tweġiba li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista ta’ kuljum, Bernard Grech qal li jekk jiġi elett fil-Gvern se jkun qed jelimina parti kbira mill-burokrazija u jestendi l-bracket ta’ minn jiġbor it-taxxa tal-VAT minn €30,000 gġal €60,000. Dan ifisser li jekk negozju ma jaqbiżx id-dħul tiegħu b’aktar minn €60,000 fis-sena mhux ser ikollu bżonn iħallas l-VAT lill-Gvern.

Bernard Grech qal ukoll li din il-wegħda qed isir ukoll biex ikun indirizzat l-għoli tal-ħajja fil-pajjiż fejn wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jwitti t-triq biex kulħadd jgħix ħajja aħjar.

Matul din l-attività fl-Imsida li kienet titratta l-ekonomija meta mistoqsi dwar il-greylisting l-Kap tal-PN qal li l-PN se jkun qed jreġġa’ lura r-reputazzjoni ta’ Malta li ntilfet matul is-snin.

Hu stqarr li jemmen li mal-bidla fil-Gvern, il-pajjiż se jieħu r-ruħ, “konvint li l-poplu jekk jagħżel lill-PN se jagħżlu għax fil-mument diffiċli l-poplu jdur lejn il-PN u għaliex il-poplu jixtieq Gvern li jmexxih fit-triq tas-sewwa, gvern li qiegħed hemm biex jaħdem għall-poplu kollu u mhux għal ftit persuni tal-qalba. Hawnhekk, il-Kap tal-PN reġa’ tenna il-wegħda tiegħu li fi tliet xhur nistgħu noħorġu mill-greylisting għaliex “aħna nemmnu f’Malta u flimkien nistgħu nagħmluha.”

Matul din id-diskussjoni kienu mistiedna diversi kelliema fosthom id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers Association, Joe Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, Marthese Portelli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com